|
1.
Meta twilidt u fejn?
22 ta' Novembru 1974, Pieta`, Malta
2.
Xi stilla tal-oroskopju taqa` taht?
Skond liema oroskopju tikkonsulta ghax daqqa Scorpio u daqqa Sagitarius
minhabba li f'uhud Scorpio jispicca fit-22 ta' Novembru u f'ohrajn Sagitarius
jibda fit-22 ta' Novembru jien narhom it-tnejn u mbaghad nara liema joghgobni
l-iktar.
3.
Fejn ghext tul hajtek?
Rabat, Ghawdex pero` f'dawn l-ahhar ghaxar snin ghext kemm f'Malta kif
ukoll f'Ghawdex skond l-esigenzi, qabel minhabba l-istudju u issa minhabba
fix-xoghol.
4.
Kif tiddeskrivi lill-lokal tieghek?
Ir-Rabat hija l-belt ta' Ghawdex, hija ghanja hafna fl-istorja u fil-wirt
kulturali, ghandna ic-Citaddella, hafna knejjes sbieh in partikolari il-Katidral
b'kapulavur ta' perspettiva kif ukoll il-Bazilika ta' San Gorg li ghandha
hafna pregi artistici. Ghandna zewg kazini kbar fejn isiru l-opri li ghalihom
jattendu nies minn kull parti ta' Malta. F'kelma wahda fic-cokon tal-belt
taghna ssib minn kollox.
5.
Semmili 3 affarijiet sbieh u 3 koroh dwar il-lokal tieghek.
Sbieh: Centrali, ta' wirt storiku, nadifa.
Koroh: storbju, traffiku, problema ta' parkegg
6. X`kienet l-iktar grajja sabiha f`hajtek?
Meta ghamilt id-diskors tal-31 ta' Marzu fuq l-Gholja tal-Helsien u hadt
pjacir u sodisfazzjoni kbir nghid 'Ghawdex u Malta' u 'Ghawdxin u Maltin'.
7.
X`kienet l-iktar grajja ta` niket?
Din is-sena meta ommi improvvisament waqghet f'coma u spiccat l-isptar
kienet trawma kbira kemm ghalija u ghall-missieri kif ukoll ghall-bqija
tal-familja kollha.
8.
Xi tghidli dwar il-familja tieghek?
Il-familja tieghi tikkonsisti f'ommi, missieri, jien, kelba, xi sebgha
qtates u sitt papri. Ghandna attakkament partikolari bejnietna. Ma ommi
ghandi relazzjoni tajba hafna u nqisha bhala l-ikbar habiba tieghi u ma
ma missieri mbaghad hemm certu komplicita` u nhaddnu hafna idejat u principji
komuni - fil-fatt kien permezz ta' missieri li jiena nvolvejt ruhi daqshekk
fil-politika.
9. Fejn studjajt skejjel?
St Francis School, St Theresa School, Victoria Primary School, Agius De
Soldanis Girls' Junior Lyceum, Sir Mikelang Refalo Sixth Form, Universita`
ta' Malta.
10. Illum qieghed tistudja xi haga? Jekk iva fejn?
Sfortunatament le ghaliex ovvjament minhabba d-diversi mpenji tieghi ma
ghandix hin. Fil-fatt kont bdejt Magister Juris u kelli nirrizenja.
11.
Gieli studjajt barra minn xtutna? Qatt thajjart?
Le, qatt ma kelli din l-opportunita` pero` dejjem kelli din ix-xewqa.
Min jaf 'il quddiem?
12.
X`ghaqdiet kont fihom tul hajtek?
Kont dejjem attiva fil-kumitati u kunsilli ta' l-iskola. Imbaghad dhalt
fl-Ghaqda Zaghzagh Socjalisti wara fil-Forum Zaghzagh Laburisti u issa
fil-Kumitat Distrettwali ta' Ghawdex. Kont ukoll membru tal-Gozo Public
Advisory Board imwaqqaf mis-Segretarjat ghall-Ghawdex. Illum jien wkoll
membru tal-Kummissjoni mwaqqfa minn Dr Alfred Sant dwar standards ta'
mgieba xierqa u etika.
13.
X`ghamilt fihom u irrakontali ftit il-hidma tieghek u taghhom.
Fil-Kunsill ta' l-istudenti kont naqdi funzjoni ta' Segretarja ghalkemm
kont naghmel hafna xoghol iehor. Kont inhobb norganizza attivitajiet ghall-istudenti
per ezempju ahna konna l-ewwel kunsill li organizzajna 'Farewell Party'
barra mill-iskola li sa fejn naf jien sar tradizzjoni u ghadu jsir sal-lum
u fl-istess stabbiliment. Fl-Ghaqda Zaghzagh Socjalisti kont l-izghar
membru u kont nghin kif nista`. Fl-FZL kont vici president u kont involuta
principalment fl-organizzazzjoni ta' diversi attivitajiet u konna nissapportjaw
u nghinu lill-Kumitat Distrettwali. Imbaghad fid-distrett jiena l-Legal
Advisor taghhom pero` involuta wkoll fil-process elettorali u diversi
attivitajiet ohra. Fil-Gozo Public Advisort Board l-iskop kien li jigi
ndirizzati diversi problemi li jezistu f'Ghawdex filwaqt li fil-Kummissjoni
qed nindirizzaw diversi aspetti u qed inhejju rapport dwarhom.
14.
X`tahseb dwar il-politika? Mahmuga? Nadifa?
Il-politika tkun mahmuga jew nadifa skond ghall-liema skop tkun qed tintuza.
Jien idealista u nemmen li l-politika ghandha tkun strument ghall-avvanz
tal-pajjiz u c-cittadin.
15.
Inti ghaliex ghazilt il-Politika?
Jien trabbejt fil-politika. Il-genituri tieghi u l-genituri taghhom baghtew
minhabba t-twemmin taghhom u lili pruvaw ihalluni barra. Pero` sa minn
mindu kont zghira hafna u kont immur ghand is-sorijiet bdejt nghaddi mill-istess
diffikultajiet li ghaddew minnhom huma li iktar ma bdejt nikber iktar
bdew jizdiedu. Ir-reazzjoni tieghi kienet appuntu li nintefa b'ruhi u
gismi biex niggieled ghall-ideali tieghi. Ma nhossx li fid-dinja tal-lum
xi hadd ghandu jbaghti minn diskriminazzjoni minhabba t-twemmin politiku
tieghu meta niftahru tant li ahna demokratici, pero` dawn l-affarijiet
ghadhom isiru.
16.
Ghaliex ghazilt li tkun kandidat ghall-elezzjoni generali?
Li titfa` l-kandidatura ghall-elezzjoni generali mhix xi haga li tqum
fil-ghodu u taqbad u taghmilha imma triq tkun go fik. Il-kandidatura ggib
maghha piz, responsabbilta` u dedikazzjoni u jekk ma taghmilx l-affarijiet
minn qalbek issibha difficli zgur. Jien nemmen li Ghawdex u l-Ghawdxin
jixirqilhom ahjar u permezz ta' kandidatura tieghi qed nipprova nkun naf
x'inhuma realment il-problemi ndividwali u nipprova nindirizzhom. Ovvjament
meta tkun fl-opposizzjoni ma tantx tista` taghmel pero` qed nipprova anke
nqajjem kuxjenza permezz tal-ktiba.
17. Kif thossok f`kompetizzjoni bejn kandidati fl-istess distrett?
F'Ghawdex qed jinhass il-bzonn li kollha kemm ahna nkunu maghqudin u nigbdu
habel wiehed. Ma nhossni li qed nikkompeti ma hadd la mal-kandidtati l-ohra
taghna u l-anqas ma' tan-naha l-ohra izda li qed naghti l-kontribut tieghi
lill-partit u fl-istess hin nipprova nikkontribwixxi sabiex Ghawdex u
l-Ghawdxin ikunu ahjar.
18.
Dwar il-bzonnijiet ta` Ghawdex x`tikkummenta?
Sfortunatament Ghawdex hafna bzonnijiet izda l-ikbar problema hija li
dawn il-bzonnijiet mhux qed jgiu ndirizzati. Dan huwa in konsegwenza tal-fatt
li l-agendi personali qed ipprevali fuq l-intereress ta' l-Ghawdxin u
dan qed jinhass hafna u hawn hafna tgergir - pero` xorta mhu qed isir
xejn.
19.
Liem huma l-akbar 3 problemi ta` Ghawdex?
(a) haddiema u studenti li jmorru Malta;
(b) nuqqas ta' opportunitajiet;
(c) it-turizmu li dejjem qed imur lura
20.
Xi proposti ghandu il-Partit Laburista ghal-Ghawdex?
Il-partit qed ihejji dokument specifiku fuq Ghawdex. Dorna settur wiehed
wiehed u identifikajna l-problemi u ndirizzajnihom. Partit Laburista fil-Gvern
jemmen li Ghawdex ghandu potenzjal kbir u hejja diversi proposti li ser
jigu ppubblikati dalwaqt biex dan il-potenzjal li toffri din il-gzira
taghna appuntu jigi sviluppat.
21.
X`hidmiet ohra ghamilt fil-Partit Laburista?
Involuta attivament fil-process elettorali in partikolari waqt l-ghadd
tal-voti. Kont ukoll ghamilt parti mid-Delegazzjoni Maltija li marret
il-Germanja, kienet delegazzjoni ta' nisa u tema kien 'Women and Politics'.
Fit-8 ta' Settembru 1998 kont ghamilt diskors kommemorattiv ta' l-okkazzjoni
fir-Rabat, Ghawdex.
22.
Fejn tahdem (impjieg)?
Jiena self employed pero` apparti x-xoghol f'Ghawdex nikkollabora ma law
firm rinomata f'Malta wkoll.
23.
Kif tiddeskrivi il-job tieghek?
Ix-xoghol tieghi huwa mpenjattiv hafna u johloq hafna sfidi. Ix-xoghol
huwa varjat u kull kaz ikollu l-partikolaritajiet tieghu ghalhekk ma tistax
tghid li huwa monotonu. Ikollok kuntatt man-nies kontinwament u tisma`
bil-problemi taghhom u hawnhekk jidhol ukoll l-aspett socjali tal-professjoni
u tipprova kemm jista` jkun tghin sabiex dak li jkun johrog mill-problema
li jkun jinsab fiha.
24.
X`impjiegi ohra kellek f`hajtek?
Jiena qatt ma hdimt qabel pero` meta kont sixth Form u l-Universita` ahna
kellna l-work phase u kont ghamilthom kollha l-Qorti ta' Ghawdex.
25.
Kif thossok tlahhaq bejn ix-xoghol full time tieghek, u il-hidma politika?
Hafna drabi x'hin tispicca l-gurnata nistaghgeb kif inkun lahhaqt naghmel
daqshekk affarijiet. Kif diga` ghidt il-poliitika ghandha certu mpenn
u jekk ma tidholx ghaliha minn qalbek difficli tkampa. Pero` hija realta`
li biex tikkoncilja x-xoghol mal-politika hija difficli hafna u tghajja.
26.
Fuq ix-xandir gieli ghamilt xi xoghol?
Mhux li tista` ssejjahlu xoghol imma ppartecipajt kemm-il darba f'dikussjonijiet
kif ukoll ghandi rokna fil-gimgha fil-programm Kalamita li jixxandar fuq
Super 1 TV fejn naghti tips legali lit-telespettaturi.
27.
Dwar il-qasam tal Kunsilli Lokali x`tikkumenta? Ghazwdex effettivi? Jew
iservu ta` forcina politika biss?
F'Ghawdex fejn ghandek l-aministrazzjoni centrali li waqghet f'apatija
u ma tistax tqum minnha, allahares ma jkunux il-Kunsilli. Huwa minnu li
certu kunsilli jservu bhala forcina tal-Gvern imma li sar tajjeb sa issa
ma tistax tghidlu hazin anzi haqqhom kull tifhir.
28. Barra minn Malta. X`pajjizi zort? Liem fuq xoghol u liem fuq vaganza?
Ma tantx sifirt f'hajjti. Mort l-Ingilterra u l-Italja fuq btala u l-Germanja
fuq xoghol.
29.
Liem hu l-aktar post li ghogbok?
L-Italja
30.
Jibqalek hin ghal-hajja socjali?
Ftit li xejn pero` tiprova tlahhaq ma kollox.
31.
X`hobbies ghandek?
Inhobb hafna il-bahar u naqra.
|