Incertezza dwar il-futur tal-haddiema tal-Heliport

Jirrapporta Joe Mifsud

ISITTAX-il haddiem li qabel kienu membri tal-Forzi Armati ghaddejjin minn incertezza kbira dwar x’se jkun il-futur taghhom. Il-kaz taghhom tqajjem ukoll fil-Parlament mid-deputat Laburista Justyne Caruana.

Is-sittax-il persuna kienu suldati stazzjonati l-Qortin Base f’Ghawdex. Meta fetah l-heliport fl-1995 marru jahdmu bhala Airfield Crash Fire-fighters.

Wara xi zmien kienu qablu u gew taht l-M.I.A. plc.

Meta dan il-gurnal tkellem ma’ persuna qrib uhud minn dawn il-haddiema, qaltilna li "sa hawn kien kollox sew sahansitra kienu u ghadhom membri tal-G.W.U li din min-naha taghha gabitilhom hafna kundizzjonijiet tajbin li haddiem jixraqlu li qabel fl-A.F.M. qatt ma kienu joholmu bihom."

L-inkwiet tal-haddiema beda meta l-M.I.A giet dan l-ahhar privatizzata u l-heliport ma giex inkluz.

Il-haddiema issa jinsabu taht ir-responsabbilità tal-Mimcol.

"Ahna ilna din l-ahhar sena ma nafux kif u ma min ser nispiccaw. Izda wara hafna ghejdut ma’ min ser nispiccaw gara fatt stramb ezatt gurnata qabel ir-referendum li sar f’Marzu. Gew ghamlulna zjara gewwa l-heliport fl-istation taghna ufficcjali tal-Protezzjoni Civili fosthom Peter Cordina. Dawn qalulna li min dakinhar ahna gejna seconded maghhom u xejn izjed.

"Jien din ghalija rajtha wahda minn dawk il-mossi ta’ qabel l-elezzjoni u hekk kien, ghax sal-gurnata ta’ l-elezzjoni li ghaddiet tghidx kemm kien helu ghemilhom u kliemhom .

Ara illum l-istorja differenti. L-affarijiet inbidlu issa hadd ma jaf xejn u ahna qeghdin nghixu b’incertezza ghax ma nafux x’ser isir minnha, hux sejrin mal-protezzjoni civili, jew ma’ xi kumpanija privata, jew mal-Ministeru ta’ Ghawdex u sahansitra jekk hux ser jieqaf is-servizz tal-helicopter."

© 2005 - Justyne Caruana