|
|
||||
|
It-twaqqif
tas-servizz tal-helicopter bejn Malta u Ghawdex :Tfixkil ghat-turizmu
u l-izvilupp ta’ Ghawdex |
||||
| L-Orizzont 2-11-2004 | ||||
|
Il-Mexxej Laburista Alfred Sant fisser it-tmiem tas-servizz tal-helicopter bejn Malta u Ghawdex u n-nuqqas ta’ alternattiva ghal dan is-servizz bhala decizjoni li biha l-Gvern se jkompli jxekkel it-turizmu u l-izvilupp fil-gzira Ghawdxija. “Fi zmien fejn Ghawdex qed ihabbat wiccu ma’ problemi serji ta’ nuqqas ta’ xoghol, nuqqas ta’ investiment u stagnar ekonomiku, it-turizmu ghandu jinghata imbuttatura qawwija ’l quddiem. Imma minflok issa ttiehdet id-decizjoni li jitwaqqaf is-servizz tal-helicopter li jaqsam bejn iz-zewg gzejjer minghajr ma nstabet b’mod immedjat alternattiva min-naha tal-Gvern”. Il-Mexxej Laburista kien qed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet wara li qasam minn Malta ghal Ghawdex permezz tal-helicopter f’wiehed mill-ahhar vjaggi li dan se jkun qed jaghmel qabel jieqaf jopera nhar il-Hadd li gej. Il-Mexxej Laburista kien qed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet wara li qasam minn Malta ghal Ghawdex permezz tal-helicopter f’wiehed mill-ahhar vjaggi li dan se jkun qed jaghmel qabel jieqaf jopera nhar il-Hadd li gej. Fil-bidu tal-kelmtejn tieghu
l-Mexxej Laburista ta dettalji dwar is-sitwazzjoni prezenti f’Ghawdex fejn bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena
l-infieq tat-turisti f’Ghawdex naqas b’Lm600,000 jew b’20
fil-mija. Fl-istess hin studji li saru juru li matul l-ahhar 19-il xahar minn kull 100 turisti li gew pajjizna inqas minn tnejn marru Ghawdex waqt li minn kull Lm100 li nefqu fostna anqas minn Lm2 gew minfuqa f’Ghawdex. Alfred Sant qal li l-importanza tat-turizmu ghal Ghawdex tikber aktar ghax il-Gvern tilef kull fiducja li hemm xi prospetti ghall-industrija f’Ghawdex. Hawnhekk huwa kkwota lill-Ministru
ghal Ghawdex Giovanna Debono li f’Dicembru
li ghadda fil-Parlament qalet li l-prospetti li xi darba jerga’ jkun
hemm f’Ghawdex fabbriki mdaqqsa ghas-setturi tat-tessuti, taz-zraben
u tal-hwejjeg huma ’l boghod hafna jekk mhux ukoll inezistenti. Il-Mexxej Laburista ikkwota wkoll ghadd ta’ dikjarazzjonijiet li saru min-nies li ma jahdmux fil-Partit Laburista, liema dikjarazzjonijiet juru kif l-affarijiet f’Ghawdex m’humiex sejrin fid-direzzjoni t-tajba. Alfred Sant qal li d-decizjoni tal-Gvern li jwaqqaf is-servizz tal-helicopter tistona fid-dawl ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet kollha dwar is-sitwazzjoni ekonomika xejn sabiha f’Ghawdex u l-Partit Laburista qed jibghat bl-iktar mod car sinjal ta’ protesta kontra dan. “Huwa minnu li s-servizz tal-helicopter kien qed jaghmel telf ta’ flus
izda huwa minnu wkoll li kien parti mis-sistema li ggib it-turisti lejn
Ghawdex fejn bejn l-1999 u l-2002 ghamlu uzu mill-helicopter mal-221,000
passiggier”. Il-Mexxej Laburista zied li issa qed jinghad li fir-Rebbiegha se jkun hemm kumpanija barranija li tibda toffri servizz ta’ trasport bl-ajru bi prova ghal sitt xhur. “Jekk xejn izda dan is-servizz jmissu beda jinghata minnufih ghax ma jaghmilx sens li Ghawdex jibqa’ bla helicopter ghal sitt xhur shah”. Fl-istess hin il-kumpanija li trid toffri s-servizz ta’ trasport bl-ajru qed tinsisti wkoll li tiehu xoghol tal-helicopter ta’ l-armata bhall-garr tal-pazjenti bejn Ghawdex u Malta. Il-kelliem kompla jghid li jidher li se nkunu mexjin lejn sitwazzjoni xejn cara u l-Partit Laburista ghandu mistoqsijiet kbar dwar kemm hija genwina l-alternattiva ghas-servizz prezenti tal-helicopter. Dwar l-argument li s-servizz tal-helicopter kien qed jaghmel telf ta’ flus, Alfred Sant qal li dan huwa argument li ftit jikkonvinci ghax il-Gvern Nazzjonalista seta’ nefaq Lm3 miljun minflok Lm10 miljun fuq Dar Malta u kien juza Lm1 miljun bhala sussidju biex izomm is-servizz tal-helicopter ghaddej. Dan kollu jindika kemm il-Gvern ghandu prijoritajiet hziena. Il-konferenza ta’ l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mid-deputati Laburisti Ghawdxin Anton Refalo u Justyne Caruana. L-Avukat Refalo tkellem dwar ix-xoghol li kien wettaq Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 biex jitjieb is-servizz tal-helicopter bil-ghan li jingibdu lejn Ghawdex turisti ta’ kwalità. Min-naha taghha l-Avukat Caruana
qalet li l-Gvern Nazzjonalista minflok sab soluzzjoni ghazel l-ehfef
triq u waqqaf is-servizz tal-helicopter bla
ma sab alternattiva. Hija staqsiet ukoll x’se jigri mit-18-il haddiem
li jahdmu fil-heliport. Intant, fi stqarrija kongunta l-Ministeru ghall-Kompetittività u Komunikazzjoni u dak ghal Ghawdex qalu li l-Gvern qed jistenna lill-kumpanija Ingliza “Veritair” (British International Helicopters) tinfurmah bid-decizjoni taghha. Il-“Veritair” kienet wahda minn zewg kumpaniji li wrew interess li jipprovdu dan is-servizz. B’danakollu, skond il-Gvern, il-kumpanija nfurmatu li kien difficli hafna ghaliha li tibda tipprovdi dan is-servizz fl-1 ta’ Novembru li gej. |
||||
|
©
2004 - Justyne Caruana
|