Ghawdex fil-limbu

F'Ghawdex is-sitwazzjoni hija prekarja hafna. Il-problemi jezistu u dejjem qed jizdiedu izda da parti ta' l-amministrazzjoni centrali mhu qed isir xejn biex Ghawdex u l-Ghawdxin ikunu ahjar. F'dawn is-snin taht Gvern Nazzjonalista ma sar ebda progett u mhux minnu li Ghawdex huwa genna ta' l-art.

Ix-xoghol li hemm bzonn isir huwa hafna u Partit Laburista fil-Gvern ghandu pjan konkret u mmedjat sabiex Ghawdex jinghatalu dak li jisthoqlu. Hemm diversi progetti mahsuba, tant hu hekk li f'laqgha ta' diskussjoni li saret f'Ghawdex ftit ilu, Dr Sant stieden lil kull min hu nteressat f'dawn il-progetti sabiex minn issa jaghmel kuntatt mal-Partit u jaghmel l-proposti tieghu. Dr Sant stqarr ukoll li ghal dawn il-progetti ser jigi ffacilitat il-process burokratiku biex jigi evitat iktar telf ta' zmien. Din hija l-istrategija li hemm bzonn ghal Ghawdex li b'mod konkter u effettiv jigu attwati progetti biex jigi ggenerat ix-xoghol ghall-Ghawdxin f'Ghawdex stess.

Partit Labutista jifhem il-problemi li jiffaccjaw l-Ghawdxin biex imorru jahdmu u jistudjaw f'Malta u kien l-istess Partit Laburista li ppromwova s-sistema tal-back office work tad-dipartimenti li kien qed jingieb Ghawdex biex jinhadem hawn. Kien in konsegwenza ta' din l-inizzjattiva li hafna Ghawdxin gew jahdmu f'Ghawdex. Izda dan il-Gvern ma kienx kapaci jkompli jahdem u jinvesti fuq din is-sistema li ntroduca Gvern Laburista - ahseb u ara kemm kien kapaci jiehu l-inizjattiva sabiex jinholqu sistemi b'effetti simili a beneficcju tal-haddiema Ghawdxin.

Il-Malti jghid miskina dik it-tajra li titwieled f'post hazin. Dan certament jghodd ghalina l-Ghawdxin ghaliex biex nitghalmu u navanzaw irridu minn eta` zghira nitilqu mid-djar taghna u mmorru Malta nfendu ghal rasna ghax f'Ghawdex l-opportunitajiet huma limitati. Ta' kull fil-ghodu kmieni mijiet ta' Ghawdxin jitilghu Malta u d-diffikultajiet huma kbar. F'dan is-sens ahna nsoffru wkoll minn diskriminazzjoni ghaliex biex naghmlu l-istess xoghol u nattendu ghall-istess korsijiet l-isforzi u d-diffikultajiet huma ferm ikbar - anke finanzjarjament.

F'dan il-kuntest l-iktar li jiffaccjaw problemi huma n-nisa. In-nisa Ghawdxin li jahdmu Malta jitilqu mid-djarhom mal-hamsa ta' fil-ghodu u jirritornaw madwar is-sebgha ta' filghaxija, meta jilhqu l-vapur. Dawn in-nisa ma jistghux jattendu ghal xi kors part time bhal ma jaghmlu l-kollegi taghhom Maltin u l-anqas dawk li jahdmu f'Ghawdex ma ghandhom l-istess opportunitajiet ghaliex kif diga` inghad l-opportunitajiet anke fil-qasam edukattiv huma limitati.

F'Ghawdex qed jinhass ukoll in-nuqqas ta' diversi servizzi. Tisma` hafna Ghawdxin igergru li jridu jitilghu Malta ghal xi trattament mediku jew biex jinqdew minn xi dipartiment jew anke ghal xi kawza li tkun qeghda fl-istadju ta' l-appell. Wasal iz-zmien li dawn il-problemi jigu ndirrizzati. Huwa minnu li certi drabi trid tammetti l-limitazzjonijiet taghna minhabba d-daqs izda bi ftit impenn hafna minn dawn id-diffikultajiet jistghu jigu eliminati u l-Ghawdxin ibaghtu inqas.

Waqt id-diversi avvenimenti li jsiru f'Ghawdex li ghalihom jattendi Dr Sant, qed jirrizulta car li l-pjan ghal gid ta' Ghawdex diga` qed jigi fformulat mill-Partit Laburista. Inutli li tan-naha l-ohra joqghodu jghidu li l-Partit taghna ma ghandux alternattivi. L-alternattivi u l-proposti qeghdin hemm u l-Partit Laburista mmexxi minn Dr Sant huwa mpenjat biex Ghawdex u l-Ghawdxin jaqbu ritmu tajjeb ta' avvanz ghal Ghawdex ahjar.

© 2002 - Justyne Caruana