|
|
||||
| Ghawdex u l-Barranin | ||||
|
Partit Laburista fil-Gvern kien hadem bis-shih biex jippromwovi l-Kunsill Regjonali sabiex l-interessi ta' l-Ghawdxin kollha f'kull qasam u twemmin ikunu rappresentati. Il-kuncett ta' politika regjonali qed jerga` jissemma` din id-darba mill-Gvern fil-kuntest tas-shubija shiha ta' pajjizna fl-Unjoni Ewropeja izda b'konnotazzjonijiet ferm differenti minn tal-Partit taghna - ahna rridu li Ghawdex immexxuh rajna f'idejna u mhux jitmexxa ghalina fl-interess tal-barrani. Mhux minnu li mhux ser jigu barranin jahdmu hawn. Infatti f'Ghawdex stess diga` hawn hafna barranin jahdmu. Dan gara in konsegwenza ta' koncessjoni li nghatat lill-barranin li jizzewgu cittadin Malti li jkunu jistghu jahdmu hawn - ahseb u ara meta l-fruntieri jitnehhew u l-Ewropej jakkwistaw id-dritt li jigu jahdmu f'pajjizna. Hafna minn dawn il-barranin li hawn Ghawdex jahdmu fis-settur tat-turizmu bhala gwidi, couriers ecc. li jaqghu taht il-kappa tas-self employed. Persentagg kbir ta' Ghawdxin jadhmu f'dan is-settur izda x-xoghol taghhom qed jittiehed minn dawn il-barranin li n-nazzjonalita` taghhom tvarja minn Germanizi, Olandizi, Russi, Danizi u ohrajn. Li
hu nkwetanti huwa l-fatt li dawn il-barranin meta qed japplikaw ghax-xoghol
qed jigu preferuti mill-Ghawdxin minkejja l-fatt li jkun hemm min hu kwalifikat
u prezentabbli hafna iktar minnhom. Dan apparti l-fatt li dawn la jafu
l-lingwa taghna u lanqas ikunu midhla tal-post u tas-sistema. Ta' min jaccenna wkoll ghall-industriji tal-biedja u tas-sajd. A rigward ta' l-ewwel settur diga` nafu li mas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja, l-ewropej ikunu jistghu jigu hawn u jixtru l-art agrikola taghna mighajr ma jkunu residenti hawn. Fil-waqt li s-sajjieda taghna jkollhom ibaghtu minhabba l-influss ta' sajjieda barranin fl-ibhra taghna li jigu jistaghdu hawn kif diga` gara fil-kaz tat-tonn is-sena l-ohra. Il-bdiewa u s-sajjieda taghna mhu ser ikollhom ebda protezzjoni mill-awtoritajiet lokali ghaliex il-barranin imbaghad jigu hawn bid-dritt. L-obbligu
tal-Gvern huwa li jippromwovi u jipprotegi x-xoghol. Malta fl-Unjoni Ewropeja
ser tkun theddida ghall-haddiema taghna fid-diversi setturi. Bizzejjed
li f'Ghawdex l-opportunitajiet huma limitati u z-zaghzagh taghna jkollhom
imorru Malta kuljum ghax-xoghol biex jahdmu u din is-sitwazzjoni tal-haddiema
barranin li jigu u jiehdu xogholna ma ghandhiex tigi ttollerrata. Ghandu
jsir studju serju ta' kif ghandu jigi ggenerat ix-xoghol f'Ghawdex ghall-Ghawdxin
- Partit Laburista fil-Gvern diga` ghandu pjan ta' zvilupp ghall-Ghawdex.
Din ghandha tkun il-politika regjonali li jigu identifikati l-problemi
specifici ta' Ghawdex, jigu ndirizzati u konsegwentement tigi attwata
s-soluzzjoni sabiex Ghawdex u l-Ghawdxin jimxu l-quddiem. |
||||
|
©
2002 - Justyne Caruana
|