|
|
||||
|
Konferenza Generali Annuali tan-Nisa |
||||
| Diskors tal-Okazzjoni | ||||
|
Dan l-ahhar il-Partit Nazzjonalista baghat fuljett god-djar taghna bhala parti mill-kampanja tal-hasil il-mohh dwar l-Unjoni Ewropeja. F'dan il-fuljett il-partit nazzjonalista qed jghidilna li l-UE tfisser serhan tal-mohh filwaqt li barra tfisser incertezza. Fl-ahhar ghanda ammissjoni da parti tal-PN li veru hawn incertezza fil-pajjiz izda bl-ebda mod u manjiera ma tista tassocja l-UE ma serhan tal-mohh. F'Ghawdex l-incertezza qed timmanifesta ruhha f'diversi oqsma u qed taffettwa avversament lill-Ghawdxin b'kull mod u manjiera ghax jekk ma tkunx habiba tal-habiba ma taghmel xejn. L-iktar li qed tinhass l-incertezza hija fost dawk il-75 haddiema fuq bazi part-time go fabbrika li ghadhom kemm tkeccew u fost il-mijiet ta' ohrajn li qed jghidulhom li sa Marzu li gej iridu jitkeccew. Hemm haddiema ohrajn li qed jahmdu on call fis-sens illi dawn qed jahdmu biss meta jcemplulhom filwaqt li ohrajn qed jgieghluhom jahdmu sighat extra minghajr ma jithallsu. Il-bierah stess l-ikbar fabbrika li topera f'Ghawdex sejhet laqgha straordinarja mal-haddiema taghha fejn qaltilhom li jew jahdmu b'pagi inqas jew inkella jitilfu l-impieg taghhom. U xi nghidu ghall-haddiema tal-posta. Wara li sar il-process ta' privattizzazzjoni, il-posta f'Ghawdex spiccat taht il-mira tal-barranin li ddecidew li jnaqqsu n-nies. Fil-waqt li ser jinfethu premises godda mikrija minghand il-privat, hafna ferghat postali ohra ser jinghalqu. Il-pustiera li hemm f'dawn l-ufficini bicca minnhom ser jitkeccew u l-ohrajn ser jergghu jittiehdu lura lejn Malta - u dan meta suppost ghadna nikkmandaw ahna ahseb u ara meta jkollok min jikmandak minn barra. Ta' min isemmi wkoll il-haddiema tal-Gvern. F'Ghawdex tezisti biza kbira kontinwa fid-dipartimenti tal-Gvern. Il-Laburisti kontinwament bezghana li jigu trasferiti minn posthom jew jibghatuhom Malta. Imbaghad minn imissu jiehu xi promozzjoni u jkollhom jaghtuhielu ghax ma jkunx hemm triq ohra hafna minnhom qed jghidulhom li ma hemmx post f'Ghawdex u jibghatuhom Malta. U l-inspectors mhux fuq il-Laburisti qed immorru biex jirrapurtawhom? Iz-zaghzagh Ghawdxin imbaghad qed isibu diffikultajiet kbar biex isibu fejn jahdmu. Huwa fatt maghruf li l-opportunitajiet f'Ghawdex huma limati u dalwaqt jispiccaw inezistenti. Xoghol fil-fabbriki u stabbilimenti ma hawnx u allura trid u ma tridx trid tmur Malta. Anke fejn jidhlu z-zaghzagh li ghadhom jistudjaw. Tiltaqa` ma hafna minnhom li juruk l-preookupazzjoni taghhom dwar jekk isibux xoghol jew le wara daqshekk studju u tbatija l-Universita`. Bizzejjed inharsu madwarna bhal per ezempju l-Italja, l-Ingilterra u Spanja fejn issib hafna gradwati minghajr xoghol jew jaghmlu xoghol li ma jirrekjedi ebda lawreja. Iz-zaghzagh taghna huma mhassba wkoll dwar l-influss ta' studenti barranin in konsegwenza ta' shubija shiha fl-UE. Fil-Campus ta' l-Universita` diga` huwa nvazat bl-istudenti barranin li sa issa jhallsu biex jigu jitghallmu hawn. Izda jekk nissiehbu fl-UE x'ser jigri ser jigu huma bhalna jew ahna bhalhom u nitilfu kull ghajnuna u beneficcju socjali biex inkunu nistghu nistudjaw u l-edukazzjoni terga` tigi preregattiva ta' min jiflah ihallas. Nghid jien allura dawn l-affarijiet hadd mhu jaghti kazhom minn-naha tal-Gvern. Jista` jkun li l-PN huwa ossessjonat dwar l-UE sa tali punt li ma jafx jew taparsi ma jafx b'dawn il-problemi u ma jindirizzhomx. Mhux qed nitkellmu fuq cittadin jew tnejn izda fuq familji shah. Kif ser isserhilhom rashom lil dawn in-nies - billi nidhlu fl-UE u l-barranin jigu johdulna xogholna. Lkoll nafu dwar il-persentaggi allarmanti ta' qaghad fil-pajjizi ewropej. Dan hu s-serhan tal-mohh li qieghed iwieghed il-PN? U kif ser toffri serhan tal-mohh l-UE lill-GHawdxin li kull fil-ghodu jmorru jahdmu Malta kuljum xemx u xita maltemp u mhux? Skond
il-PN rimedju huwa li ahna wkoll nistghu immorru nahdmu barra. Izda nghid
jien dawn ma ghandhomx ghal taghhom stess ahseb u ara kemm ghandhom ghalina.
U x'ser jigri allura meta jigu hawn - huma nitilqu ahna? Ha jerga` jigri
bhas-60 fejn kien hemm emigrazzjoni qawwija? Ghax ma jsaqsix il-PM lil
dawn iz-zaghzagh tas-sittinijiet minn x'hiex ghaddew huma u l-familji
taghhom specjalment l-ommijiet. L-ikbar trawma ghall-Ghawdxi hija li biex
jahdem jew jistudja irid imur lejn Malta - ahseb u ara biex nahdmu barra. L-incertezza li hawn holoqha l-Gvern stess billi qed jahrab ir-realta`ta' Ghawdex u jagixxi b'mod irresponsabbli maghna. Iva l-Gvern huwa rresponsabbli ghaliex irid jafda l-gejjieni taghna u ta' wliedna f'idejn il-barrani u serhan il-mohh ikollu hu u ta' Brussels izda l-incertezza fost il-poplu Ghawdxi u Malti tkompli tikber u tikber. L-incertezza
tingheleb billi niehdu l-inizjattiva ahna. Il-Partit Laburista huwa partit
tal-haddiema, partit haj u dinamiku u ma jwarrabx il-bzonnijiet taz-zghir.
Il-Parit taghna miftuh ghal kull tip ta' partnership li permezz taghha
ahna nistghu niggwadanjaw u mhux nintrabtu ma blokk li jrid jiddetta u
jikkontrolla kollox hu minghajr konsultazzjoni. Ghalhekk gheziez nisa
laburisti bl-ghajta b'rajna f'idejna flimkien mal-leader taghna Dr Alfred
Sant ejjew nahdmu b'hilitna kollha ghall-rebha kbira Laburista. |
||||
|
©
2002 - Justyne Caruana
|